Il-President tal-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, il-Kardinal Robert Sara, flimkien mas-Segretarju tad-dekasteru, Mons Giampietro Dal Toso, jinsabu fuq żjara fil-Ġordan, liema żjara tintemm il-Ħamis. Huma qed jieħdu sehem fil-konferenza reġjonali tal-Caritas fi Lvant Nofsani, l-Afrika t’Isfel u dik ċentrali.
Il-forum hu meqjus bħala okkażjoni ferm importanti sabiex jittieħed polz tal-għajnuna umanitarja li joffru l-karitajiet kattoliċi. Fost dawn, il-Caritas.
Fost oħrajn jintqal li s-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja u r-reġjun kollu mhix sostenibbli.
Matul iż-żjara organizzata minn Caritas Jordan flimkien ma’ karitajiet kattoliċi, il-Kardinal Sarah u Mons Del Toso qed iżuru ċentri li jilqgħu fihom nies li ħarbu mill-ġlied fis-Sirja. Pjanata wkoll kienet laqgħa mar-Re Abdullah tal-Ġordan.