Claudio-Sciarpelletti

Il-President tat-Tribunal tal-iStat tal-Vatikan, Giuseppe Dalla Torre, ħareġ digriet fejn qal li l-ewwel smigħ tal-ġuri li se jgħaddi Claudio Sciarpelletti se jsir nhar il-5 ta’ Novembru fid-9am.

Sciarpelletti, akkużat b’kompliċita ma’ Paolo Gabriele fil-każ ta’ serq ta’ dokumenti kunfidenzjali tal-Papa li spiċċaw f’idejn il-media, kien deċiż li jgħaddi ġuri wara evalwazzjoni tal-każ mill-Maġistrat lura nhar it-13 t’Awwissu li għadda. Dan il-ġuri kien deċiż li jinstema’ separatament mill-każ ta’ Paolo Gabriele  waqt is-smigħ fid-29 ta’ Settembru li għadda.

Is-smigħ ta’ Sciarpelletti se jsir fl-awla tal-udjenzi  tat-Tribunal tal-iStat tal-Vatikan u se jkun kompost minn Giuseppe Dalla Torre, President, u Paolo Papanti-Pelletier u Venerando Marano, imħallfin.