Il-Ħamis 3 ta’ Novembru – l-ewwel appuntament fis-sensiela ta’ laqgħat fuq l-iskrittura bejn iż-żgħażagħ u l-Arċisqof. ‘Between the Lines’ huwa programm speċjali li jilħaq is-sitt distretti pastorali ta’ Malta matul it-tmien xhur li ġejjin. Din l-ewwel serata se tkun imtella’ mill-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ, ġewwa l-knisja parrokjali fis-7:30pm.

L-Arċisqof Pawlu Cremona se jmexxi liż-żgħażagħ tul mumenti ta’ meditazzjoni, talb u kontemplazzjoni ta’ silta magħżula. ‘Between the Lines’ jirrispondi għax-xewqa espressa miż-żgħażagħ insara biex ikun hawn aktar okkażżjonijiet djoċesani li jiffukaw fuq il-Kelma ta’ Alla.

L-appuntament ta’ wara jkun l-ewwel Ħadd tal-Avvent, 27 ta’ Novembru u l-preparamenti qiegħdin isiru mill-Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. ‘Between the Lines’ hija kkoordinata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Aktar dettalji fuq www.kdz.org.mt.