Bħalissa l-Knisja f’Malta u Għawdex għandha l-akbar għadd ta’ djar tal-anzjani. Il-Knisja f’Malta għandha 13-il dar, waqt li f’Għawdex il-Knisja tmexxi tliet djar oħra. Fost id-djar immexxija mill-Knisja hemm tnejn li mhumiex miftuħa għall-pubbliku. Dawn huma d-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, li tilqa’ fiha lil dawk is-saċerdoti li ma jkollhomx min idur bihom, u Dar Ħanin Samaritan, li hi mmexxija mis-Soċjetà tal-MUSEUM, u li fiha jgħixu soċi tal-MUSEUM li jispiċċaw weħidhom.
Barra d-djar tal-Knisja, f’Malta mbagħad hawn 15-il dar tal-anzjani mmexxija mill-privat u disat idjar immexxija mill-Gvern. Fost dawn tal-aħħar hemm ir-Residenza San Vincenz de Paule.
Fost id-djar immexxija mill-privat, hemm ħamsa li l-Gvern għandu ftehim magħhom ta’ Public Private Partnership. Barra minn hekk, dejjem fost dawk privati, tnejn għandhom liċenzja separata biex joperaw Mental Nursing Home.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com