• Nhar il-Ħadd 15 ta’ Frar 2015, tliet seminaristi talbu lill-Knisja sabiex tilqagħhom uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordni tad-Djakonat u tal-Presbiterat waqt konċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Isqof Charles J. Scicluna, fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira.

    It-tliet seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof, huma Sinclair Bugeja mill-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin, Ryan Lee Pace mill-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Gżira, u Mark Spiteri mill-Parroċċa ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ.

    It-tliet seminaristi sqarrew pubblikament li ser joffru lilhom infushom lill-Knisja biex aktar ’il quddiem ikunu jistgħu jservu fis-Saċerdozju Ministerjali permezz tas-Sagrament tal-Ordni Sagri. L-Isqof, f’isem il-Knisja, laqa’ bil-ferħ l-offerta tagħhom u ser jitlob lil dawn il-kandidati biex matul is-snin li ġejjin ikomplu jħejju lilhom infushom bi preparazzjoni għall-Ordni Sagri.

  • Ritratti: Photocity, Valletta.
    www.photocitymalta.com