Għada l-Ħadd 17 ta’ Ottubru, il-knejjes kollha ma’ Malta u Għawdex se jkunu qegħdin idoqqu l-qniepel tagħhom għal għaxar minuti f’nofsinhar biex ifakkru l-Jum Internazzjonali għall-Qirda tal-Faqar.

L-attività tad-daqq tal-qniepel għandha l-għan li tħajjar lill-poplu jkun iktar sensittiv dwar ir-realtà tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Din l-attività qed issir bħala parti mill-kampanja tas-Sena Ewropea 2010 fil-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (EY2010).

Is-17 ta’ Ottubru huwa l-Jum Dinji biex Jingħeleb il-Faqar Estrem u dan beda jiġi mfakkar mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1992 bħala l-Jum Dinji għall-Qedra tal-Faqar. Permezz ta’ attivitajiet li jiġu organizzati minn għaqdiet mhux governattivi u istituzzjonijiet internazzjonali, dan il-jum iħeġġeġ lil bosta oqsma fis-soċjetà biex jiġġieldu l-faqar u jiddefendu d-drittijiet umani.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com