Il-Knisja se tkompli twassal messaġġ favur żwieġ stabbli u għalhekk anki kontra d-divorzju u tħeġġeġ lill-Insara jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-ħajja soċjali u politika, u dan minkejja li jkollha tbati minħabba f’hekk.

Din kienet, f’sinteżi, it-tema ta’ messaġġ li ta’ l-Arċisqof Pawl Cremona OP waqt laqgħa maċ-chairperson u r-rappreżentanti tal-Moviment Żwieġ Bla Divorzju, fir-residenża tiegħu Ħ’Attard.

Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof saħaq li li l-Knisja f’Malta, l-istess kif għamlet f’pajjiżi oħra, trid tkompli twassal it-tagħlim kollu ta’ Kristu dwar iż-żwieġ stabbli u fl-istess ħin tkompli ddawwal lil dawk li jemmnu fih biex iwettquh. U l-Knisja trid tkompli tagħmel dan anki “jekk ikollha tbati minħabba f’hekk”.

L-Arċisqof Cremona spjega li f’soċjeta’ pluralista u demokratika l-Knisja tagħmel dan billi tħeġġeġ lill-membri tagħha biex jeżerċitaw id-drittijiet ċivili tagħhom u jivvutaw, u billi jinvolvu ruħhom direttament fl-isfera soċjali u politika, jsemmgħu leħinhom u jiddefendu l-valuri li jemmnu fihom.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com