Ħadd il-Palm, l-1 ta’ April 2012 – Id-djoċesijiet Kattoliċi madwar id-dinja ċċelebraw Jum iż-Żgħażagħ. Il-Knisja f’Malta wkoll fakkret din il-ġurnata b’diversi quddies għaż-żgħażagħ li saru matul tmiem il-ġimgħa, b’emfasi speċjali fuq il-fidi taż-żgħażagħ.
Il-Quddiesa uffiċċjali kienet ippreseduta mill-Arċisqof Pawli Cremona ġewwa l-Knisja parrokkjali tal-Mosta. Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof għamel riflessjoni fuq l-esperjenza tal-ferħ waqt it-tbatija, bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa.
Dan l-istess messaġġ kien imwassal liż-żgħażagħ f’Quddiesiet oħra madwar Malta, permezz ta’ video li ġie rrekordjat għal din l-okkażjoni. Kull ġimgħa jsiru ‘il fuq minn 20 quddiesa għaż-żgħżagħ f’parroċċi u komunitajiet differenti.
Il-Quddiesa uffiċjali kienet imtella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Parroċċa tal-Mosta, filwaqt li l-video ġie maħdum minn BoscoCrew Productions. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum iż-Żgħażagħ kienu koordinati mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.
AGĦFAS HAWN biex tniżżel il-messaġġ tal-Arċisqof liż-żgħażagħ fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żgħażagħ.