Il-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet f’Ruma laqgħet it-talba tal-Arċisqof ta’ Malta biex ikun nominat Isqof Awżiljarju ġdid. Dan stqarru l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, waqt il-programm ta’ Radju RTK ‘Bir-Rispett Kollu’ li xxandar nhar it-Tlieta, l-1 ta’ Mejju. Il-programm kien ippreżentat minn Tonio Bonello.

“Nikkonferma li t-talba saret u kienet milqugħa wkoll,” tenna l-Arċisqof, “u issa jmiss li jibda l-proċess biex jintagħżel dan l-Isqof Awżiljarju ġdid”. Mons Cremona wera t-tama li l-Isqof il-ġdid ikun nominat din is-sena, “ma nafux biċ-ċert, imma nistenna li din l-għażla ssir din is-sena”.

Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com