“Il-ktieb il-ġdid “Light of the World”, li jġib il-kummenti tal-Papa Benedittu XVI intervistat, huwa opportunita biex wieħed jiskopri Papa li jimxi magħna”. Dan stqarru Patri Federico Lombardi, Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan waqt l-aħħar episodju ta’ ‘Octava Dies’.
Lombardi tkellem dwar il-ktieb il-ġdid maħruġ fil-jiem li għaddew minn Ignatius Press u li jġib sejre intervisti magħmula mill-ġurnalist Peter Seewald lill-Papa. Lombardi qal li fl-intervisti Benedittu XVI jidher mhux biss bħala l-Papa iżda bħala l-bniedem uman, fattur li jattira s-simpatija ta’ ħafna li japprezzaw it-tjubija u s-sensittivita, l-umilta u l-umanita tiegħu.
Lombardi kompla li “l-entużjażmu ta’ nies ordinarji waqt vjaġġi barranin bħal f’Malta u l-Portugall, l-Ingilterra u Spanja, hu spjegat fit-tul. Dal-ktieb hu opportunita biex wieħed isir jaf lill-Papa aħjar. U jekk l-aħbarijiet iduru u jiffukaw fuq ftit paġni u ftit kwistjonijiet, irid jingħad li fir-relta hemm materjal li ġej minn sitt sigħat sħaħ ta’ konverzazzjoni li jkopru għadd vast immense ta’ temi ta’ interess”.
Is-suġġetti qal li jvarjaw mit-tifsir tal-ħajja, problem ital-Knisja, il-kriżi drammatika li tinsab fiha d-dinja llum u saħansitra l-istess sentimenti tiegħu. Hu temm jgħid li “dal-Papa jkellimna mhux biss minn fuq il-Katedra tiegħu jew waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi…aktar minn hekk jimxi magħna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, saqajh mal-art, jgħinna bl-eżempju tal-istess fidi sempliċi imma ferma tiegħu u b’tama mill-iktar ħajja.
VATICAN CITY, NOV. 24, 2010 (Zenit.org)