Fil-jiem li għaddew, żewġ kardinali għalqu 80 sena. Dan wassal biex l-għadd totali ta’ kardinali eleġibbli biex jivvutaw f’konklavi issa tela’ għal 109. Il-kardinal Adam Joseph Maida, Arċisqof irtirat ta’ Detroit għalaq 80 sena fit-18 ta’ Marzu, u l-Kardinal ta’ New Zealand Thomas Stafford Williams, Arċisqof irtirat ta’ Wellington, għalaq 80 is-Sibt 20 ta’ Marzu.

Il-Kulleġġ tal-Kardinali attwalment hu magħmul minn 182 membru, bi 73 minnhom ta’ 80 sena jew iktar, u għalhekk mhux iktar eleġibbli jivvutaw f’konklavi. Il-kardinal Spanjol Julian Herranz, li huwa l-President irtirat tal-Kunsill Pontifiċju għat-testi leġislattivi, se jagħlaq 80 f’dal-jiem ukoll. Il-konċistorju li jmiss tal-kardinali, fil-ħarifa li jmiss, mistenni jara mas-27 kardinal ġdid. Dan ikun qed iżid in-numru ta’ kardinali ‘l fuq mill-massimu ta’ 120, pero wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni mas-16-il kardinal li se jkunu qed jagħlqu żmienhom fix-xhur li ġejjin. Dis-sena biss, fix-xhur li fadal, seba’ kardinali se jagħlqu 80 sena. Il-kardinal Theodore McCarick f’Lulju; il-kardinal Paul Poupard f’Awissu,; il-kardinali Salvatore De Giorgi, Ignace Moussa I Daoud u Michele Giordano f’Settembru; il-kardinal Christian Wiyghan Tumi f’ Ottubru u l-kardinal Janis Pujats f’Novembru.

Fl-2011 se jkun hemm disa’ kardinali oħra li jagħlqu 80 sena.

VATICAN CITY, (Zenit.org)