Matul din il-laqgħa, l-Arċisqof ġie ppreżentat b’kopja ta’ DVD ġdid imħejji mill-Kummissjoni Ekumenika bħala għodda pastorali biex il-poplu Nisrani jifhem aħjar il-missjoni ekumenika tal-Knisja.
Id-DVD li huwa bil-Malti u bl-Ingliż għandu tul ta’ 35 minuta, u jġib l-isem Ħa Jkunu Lkoll Ħaġa Waħda. Is-Sejħa Ekumenika tal-Knisja – Is-Sejħa Ekumenika Tagħna. Id-DVD li huwa produzzjoni tal-Media Centre tal-Arċidjoċesi jikkonsisti f’dokumentarju li jittratta kif seħħew il-firdiet fil-Knisja, u kif beda l-Moviment Ekumeniku ftit aktar minn mitt sena ilu. Barra minn hekk, id-DVD jitkellem dwar l-istorja tal-ekumeniżmu f’Malta u kif u fuq liema livelli jsir id-djalogu ekumeniku f’pajjiżna.
Kull min jixtieq aktar tagħrif dwar kif jista’ jikseb dan id-DVD hu mitlub jikteb lil [email protected] jew iċempel 2590 6506, il-Kurja tal-Arċisqof.