Mal-aħbar tan-nirien li ħakmu dar tal-anżjani (nursing home) fi Quakers Hill ġewwa Sydney, l-Awstralja, il-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta kkomunikat mas-Sorijiet Dumnikani ta’ Blacktown biex tara jekk għandhomx tagħrif dwar Maltin li setgħu ndarbu. Dan peress li fl-inħawi ta’ Quakers Hill joqogħdu għadd ta’ Maltin.
Sr Georgina Sultana nfurmat lill-Kummissjoni Emigranti li hi kienet diġa għamlet kuntatt ma’ uffiċjali governattivi responsabbli minn Quakers Hill Nursing Home. Hi nfurmathom li s-Sorijiet Dumnikani jkunu lesti jilqgħu xi residenti li sfaw bla kenn. Filfatt is-Sorijiet diġa ppreparaw post fejn jilqgħu għandhom residenti Maltin.