Il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni Tal-Għaqda Nisranija se jkun qed jiċċelebra il-50 anniversarju mit-twelid tiegħu b’avveniment ta’ natura ekumenika nhar l-Erbgħa li ġej.
L-attivita se tkun preseduta mill-Arċisqof Kurt Koch, President tal-Kunsill. Se jkunu preżenti wkoll il-Kardinal Walter Casper,President Emeritus tal-Kunsill Pontifiċju; Rowan Williams, Arċisqof ta’ Canterbury u l-Metropolitan Pergamo Ioannis tal-Patrijarkat ekumeniku ta’ Kostantinopli.
Dak li kellu jsir il-Kunsill Pontifiċju, kien satbbilit mill-Beatu, Papa Ġwanni XXIII fil-5 ta’ Ġunju, 1960. Kien propju fl-1988 meta l-Papa Ġwanni Pawlu II bidel l-isem tas-Segretarjat għal Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija.
Il-jum ta’ ċelebrazzjoni tal-anniversarju speċjali, se jaħbat mas-sessjoni plenarja tal-Kunsill, li se tkun qed issir bejn il-15 u d-19 ta’ dan ix-xahar bit-tema “Toward a New Stage of Ecumenical Dialogue”, jiġifieri “Lejn Stadju Ġdid ta’ Djalogu Ekumeniku”.
Fi stqarrija, il-Kunsill qal li s-snin li għaddew fuq dan il-Kunsill u l-ħidma tiegħu s’issa jagħtina l-opportunita nroddu ħajr ‘l Alla għal dawk kollha li taw sehemhom fil-kawża ekumenika u għall-frott li ħareġ minn din il-ħidma. Tkun bla dubju opportunita biex jitħeġġeġ iżjed entużjażmu immirat lejn l-għaqda sħiħa tal-insara”.