Il-Gvernijiet ta’ għaxar pajjiżi li jappartjenu għall-Kunsill tal-Ewropa appellaw kontra l-linja mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani fuq il-kwistjoni tal-kurċifissi f’postijiet pubbliċi. Matul is-smigħ tat-30 ta’ Ġunju, il-Grand Chamber tal-Qorti ta’ Strasburgu se teżamina l-“osservazzjonijiet bil-miktub” li kienu sottomessi mir-Russja, mil-Litwanja, minn Malta, San Marino, il-Bulgarija, Monaco, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumania u l-Armenja. Se ssegwi wkoll l-argumenti tal-avukat tal-applikanti kif ukoll tar-rappreċentanti tal-Gvern Taljan.
Appell ieħor tressaq minn grupp ta’ 33 Ewro Parlamentari. Ilmenti oħra waslu minn organizzazzjonijiet non-governattivi u assoċjazzjonijiet bħall-Greek Helsinki Monitor, Associazione nazionale del libero pensiero, Iċ-Ċentru Ewropew għal-Liġi u l-Ġustizzja, Eurojuris, Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġurija u anki mill-Interights and Human Rights Watch. Finalment, appell konġunt sar ukoll mill-Zentralkomitee des deutschen Katholiken, Semaines sociales de France u mill-Associazioni cristiane lavoratori italiani.