Il-laqgħa tal-ħbiberiji fost il-popli, li normalment issir ta’ kull sena f’Rimini fl-Italja, se tkun organizzata bl-istess mod fl-Eġittu. L-attivita, sponsorjata mill-Moviment Kattoliku Komunjoni u Liberazzjoni, se jkollha l-edizzjoni fl-Eġittu mifruxa fuq jumejn bejn it-28 u d-29 ta’ Ottubru b’iffukar fuq it-tema “Beauty: Space of Dialogue”.
Fi stqarrija lill-aġenzija tal-aħbarijiet reliġjużi Zenit, id-Direttur Reġjonali tal-Komunjoni u l-Liberazzjoni, Ambrogio Pisoni, li hu wkoll assistant pastoral ital-Univerista Kattolika ta’ Milan, spjega kif nibtet din l-inizjattiva. L-idea li l-laqgħa ssir l-Eġittu kienet ta’ Wael Farouq, membru tal-Universita Amerikana fil-Kajr. Farouq qal li wara li assistew għal-laqgħa huma kienu impressjonati, tant li ħasbu biex jintroduċu l-inizjattiva f’pajjiżhom.
Dwar kemm il-laqgħa tista’ tgħin fid-djalogu mal-Musulmani, Pisoni ikkjarifika li l-laqgħa m’għandhiex għanijiet partikulari minħabba l-ispontanjeta fin-natura tagħha nnifisha.