Fil-messaġġ tiegħu imnebbaħ mill-vanġelu tal-Ħadd skont San Mark, li fih Ġesu tkellem bil-miftuħ dwar x’kellu jgħaddi minnu, il-Papa Benedittu XVI qal li hu ċar li “hemm distanza interjuri kbira bejn Ġesu u d-dixxipli tiegħu. Din tfakkarna li l-loġika ta’ Alla hi dejjem differenti minn dik tal-bniedem. Għal din ir-raġuni, li wieħed jimxi wara Ġesu dejjem titlob konverżjoni profonda min-naħa tal-bniedem, bidla fil-mod kif jaħseb u fil-mod kif jgħix”.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika ssokta li “dan jitlob qalb miftuħa li tagħti spazju lill-individwu biex jisma u jħallili li jkun imdawwal u mibdul internament. Differenza strumentali bejn Alla u l-bniedem hi l-kburija. Alla m’għandu l-ebda kburija, għax fih innifsu huwa kobor assolut, mogħti kompletament għall-imħabba u l-ħajja. Dan filwaqt li l-bniedem, fiċ-ċokon tiegħu, isib għeruqu fil-kburija, u l-ħin kollu jeħtieġ viġilanza u purifikazzjoni”.
Temm jgħid li “aħna, li aħna żgħar, irridu li nidhru kbar, li aħna l-ewwel…dan waqt li Alla ma jibżax jumilja lilu nnifsu u jpoġġu lilu nnifsu l-aħħar”.