Nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju 2012, fl-Istitut Kattoliku, Floriana, is-Segretarjat għall-Katekeżi, flimkien mal-KDŻ u l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jorganizzaw Seminar bit-tema: Il-Media: pont bejn Fidi u Kultura. Din ser ssir bħala parti mill-programm ta’ ongoing formation ikkoordinat fejn din is-sena qed jiffokkaw fuq is-sinteżi bejn il-fidi u l-kultura.
Bosta jħarsu lejn il-media bħala dak l-organu qawwi li jinfluwenza b’mod negattiv l-aspett tal-fidi u l-kultura. Filwaqt li dan ma jiġix innegat, ma nistgħux inwaħħlu kollox fil-media; fil-fatt hija għandha użu ferm importanti fil-qasam tad-djalogu mal-fidi u l-kultura. Wieħed mill-isfidi kbar li għandha s-Soċjetà u l-Knisja f’pajjiżna illum, speċjalment fil-qasam tal-adolexxenti u żgħażagħ, huwa li tiskopri bl-aktar mod intelliġenti u matur kif il-media tista’ tkun pont effikaċi ħafna bejn il-fidi u l-kultura.
Se jieħdu sehem f’din is-seminar panel imtella’ min-nies professjonisti mill-qasam soċjali, dak tal-media, tal-fidi u tal-kultura. Il-kelliema ewlenin sa jkunu: Rev. Fr Joe Borg, Mr Mario T. Vassallo, u Rev. Dr René Camilleri. Iċ-chairman ta’ dan is-seminar huwa Mr. Kevin Papagiorcopulo. Il-parteċipanti se jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-ħin tad-diskussjonijiet.
Is-seminar jibda fid-9.15am sal-12.30pm.
AGĦFAS HAWN għal aktar dettalji.