• Nhar is-Sibt, 24 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  •  

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

  •  
  •  

    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Festa ta’ San Ġwann Battista, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Ġunju 2017

    “Mela x’għad ikun dan it-tifel?” (Lk 1, 66). Ir-risposta għal din id-domanda li għamlu l-kontemporanji ta’ Żakkarija, ta’ Eliżabetta u tat-tarbija tagħhom Ġwanni, hi mpittra minn Mattia Preti f’dan il-Kon-Katidral stupend. Iċ-ċiklu pittoresk tal-Calabrese huwa sinteżi tal-ħajja ta’ Ġwanni l-Battista u r-risposta għal din id-domanda: “mela x’għad ikun dan it-tifel?”

    Jiena nixtieq noffri riflessjoni qasira. “Id il-Mulej kienet miegħu” (v. 66). It-tifel kiber u ssaħħaħ f’ruħu u baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Iżrael. Dan it-tifel huwa wild destin u missjoni magħżula minn Alla bħala sinjal ta’ ħniena. Wara kollox, l-isem magħżul għalih mill-Mulej permezz tal-anġlu Gabrijel, huwa programmatiku: “Johannan”, il-Mulej ħniena, il-Mulej iħenn.

    Ġwanni baqa’ jikber u jissaħħaħ f’ruħu għaliex ir-ruħ tiegħu kienet għarfet lill-Mulej meta kien fil-ġuf. Ta’ min niftakru li l-istess Evanġelju ta’ San Luqa jirreferi għall-ewwel laqgħa bejn Ġwanni u Ġesù, it-tnejn mistura fil-ġuf tal-ommijiet tagħhom u għall-leħen ta’ Marija, Ġwanni, it-tarbija ta’ Eliżabetta, qabeż bil-ferħ fil-ġuf. Ir-ruħ ta’ Ġwanni kienet diġà msaħħha fil-missjoni ta’ prekursur hi u tiżviluppa fil-maturità umana tagħha, hi li hija ħolqien dirett tal-Mulej meta kienet għadha fil-ġuf.

    “Int sawwart il-ġewwieni tiegħi,” jgħid is-Salm 138, “u f’ġuf ommi inti nsiġtni. Inroddlok ħajr għax tal-għaġeb għamiltni, tal-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek u lil ruħi inti tafha tajjeb. Ma kienx moħbi għadmi minnek meta kont qiegħed insir fis-satra u nintiseġ fil-qigħan tal-art” (S 138, 13-15). Mela Ġwanni l-Battista hu u jintiseġ fil-ġuf ta’ ommu, diġà beda l-missjoni tiegħu.

    Imma din il-missjoni u din il-mixja ta’ żvilupp tkompli anke fit-tfulija, l-adoloxxenza u anke fil-kobor tiegħu, għaliex? Għaliex Ġwanni jgħaddi minn purifikazjoni għal oħra, mhux biss il-purifikazzjoni tad-deżert, imma wkoll l-umiltà li jgħid: “mhux jien il-Messija, jiena m’għandix u m’iniex denn lanqas inħoll il-qorq tiegħu, ġej xi ħaddieħor warajja […] Jiena ngħammed bl-ilma, hu jgħammed bin-nar u bl-Ispirtu s-Santu” (ara Mt 3, 11). “Hemm bżonn li niċkien jien u jikber hu”. U l-maturità tiegħu hu u jissaħħaħ f’ruħu – għax dan huwa huwa proċess li f’Ġwanni l-Battista u fil-qaddisin kollha, f’kull wieħed u waħda minna, huwa proċess li jdum tul ħajjitna kollha – Ġwanni laħaq il-perfezzjoni tal-martirju, dik il-purifikazzjoni ta’ min ma jibżax quddiem it-tiranni ta’ din l-art, u jxandar il-kelma tal-Mulej bla biża’.

    U nafu li Ġwanni kien imsejjaħ iħallas l-għola prezz tax-xhieda tiegħu. Mela kien xhud tal-qdusija tat-tarbija ta’ Marija waqt li qiegħed fil-ġuf, kien xhud tal-Mulej Ġesù mal-kontemporanji tiegħu hu u jindikalhom “Dak hu l-ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja” (Ġw 1, 36). Hu kien xhud ukoll f’mewtu, vittma innoċenti għall-verità.

    Issaħħaħ f’ruħu. Ejjew nitolbu l-grazzja li nħallu l-Mulej isaħħaħna f’ruħna. Irridu ngħaddu minn diversi proċessi ta’ purifikazzjoni biex aħna niċkienu fl-egoiżmu tagħna, fil-pretensjonijiet tagħna, fl-ambizzjonijiet tagħna, fin-narċiżiżmu tagħna u nħallu lilu jikber. “Hemm bżonn li niċkien jien u jikber hu”.

    Eccellenza, vorrei spendere una parola di benvenuto. Grazie per la sua prezenza in mezzo a noi oggi mentre celebriamo la festa titolare di questa Concatedrale, il patrone dell’Ordine.

    La piccola riflessione che ho appena condiviso, è proprio ispirata da quella frase dal Vangelo di Luca dove l’evangelista dice che Giovanni continuava a crescere, ad essere fortificato nella spirito, nella sua anima. Lui che è chiamato dal grembo a diventare testimone della santità del figlio che Maria portava in grembo perché  appena sentì la voce della mamma di Gesù, sussultò nel grembo della sua mamma e così, la sua prima testimonianza è in gremio; non ancora nato e già incomincia ad essere testimone della santità del Figlio di Dio.

    Ma lui, da grande, deve indicare il Messia “Questo è l’agnello di Dio che toglie i peccati del mondo”. Si purifica dicendo che deve lui diminuire per far crescere Gesù. “Gesù deve crescere, io devo diminuire”. E arriva la perfezione della testimonianza con il martirio, con la vocazione di testimoniare fino all effusione del sangue.

    Noi vogliamo ringrazziare il Signore per questa testimonianza di Giovanni il Battista, ma vogliamo anche pregare perché anche noi siamo purificati, fortificati nello Spirito perche siamo luce per il mondo, sale per la terra, testimoni dell Evangelio di Gesù.

     Charles J. Scicluna

        Arċisqof ta’ Malta

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja
  • Agħfas hawn biex tara jew tixtri r-ritratti ta’ din iċ-ċelebrazzjoni.