facebook-logo

F’inqas minn ġimgħa, il-paġna tal-Facebook ta’ Ġwanni Pawlu II mtella’ apposta fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tiegħu, attirat diġa mal-31,000 ammiratur. Il-fans ta’ din il-paġna, li ttellgħet minn Radju Vatikan u miċ-Ċentru Televiżiv tal-Vatikan, bi qbil mal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali, qed jiżdiedu bil-minuti.

Fi ftit jiem, il-vidjows ppubblikati fuq din il-paġna, kif ukoll fuq il-You Tube, intwerew mal-50,000 darba. Uħud kienu aċċessi mal-113,000 darba. Is-sit tal-internet aċċessawh maż-żewġ miljun persuna, speċjalment għas-sezzjoni tal-aħbarijiet.

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Patri Federico Lombardi qal li din il-ġimgħa l-vidjows li se jitpoġġew bil-vuċi ta’ Ġwanni Pawlu II se jkunu b’lingwi differenti meħudin minn vjaġġi digfferenti li huwa kien għamel f’pajjiżi madwar id-dinja.

Patri Lombardi qal li l-paġna tal-Facebook ta’ Ġwanni Pawlu II hi l-ewwel paġna li titla’ fuq l-internet jekk wieħed jitfa l-isem f’search engine.