Illum ftit wara nofsinhar, eżatt wara t-talba tal-Angelus, il-Papa Benedittu XVI semma li se jagħmel Konċistorju li fih kien se jaħtar numru ta’ kardinali.
Huwa ta’ ferħ kbir għal poplu ta’ dawn il-gżejjer, b’mod speċjali tal-Knisja Kattolika, li fosthom hemm saċerdot Malti. Dan hu Patri Prospero Grech, patri Agostinjan li hu ħafna rispettat bħala espert fl-Iskrittura Mqaddsa. Patri Prospero Grech, li huwa mwieled il-Birgu u li llum għandu 86 sena, huwa residenti f’Ruma.
L-Isqfijiet Maltin qalu li “jikkunsidraw din il-ħatra bħala unur mogħti lil Patri Grech, kif ukoll rikonoxximent tal-kontribut li l-Knisja f’Malta tat u qed tagħti lill-Knisja Universali. B’ferħ kbir għalina lkoll, fil-futur qarib nilqgħu fostna lil Patri Grech u niċċelebraw dan l-unur li ġie mogħti”.
Agħfaw hawn biex tniżżel il-bijografija ta’ Patri Grech.