Il-Papa Benedittu XVI laqa’ membri tal-Assemblea Plenarja tal-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali f’laqgħa maħsuba għal diskussjoni dwar il-kwistjoni tal-lingwa u t-teknoloġija ġdida.
Il-Papa osserva kif “l-ideat u r-relazzjonijiet huma dejjem parti mill-modalita tal-lingwa”. F’dal-kuntest afferma li lingwi ġodda żviluppati fil-qasam tal-komunikazzjoni diġitali iwasslu fost affarijiet oħra kapaċitajiet li huma iktar emozzjonali u intuwittivi milli analitiċi.
Il-Papa tkellem dwar ir-riskji involuti u viżibbli għal kulħadd. Semma it-telfien ta’ profondita ġewwiena, is-superfiċjalita fir-relazzjonijiet, fost affarijiet oħra. Qal li din hi l-konsegwenza ta’ inkapaċita għall-esperjenza, is-sinifikat tal-innovazzjoni ġdida u l-importanza vitali ta’ riflessjoni fuq lingwi żviluppati mit-teknoloġija moderna. Meta għadda biex jitkellem dwar il-kultura diġitali, kif ukoll l-isfidi li l-komunitajiet ekkleżjali u ċivili jiffaċċjaw f’dal-kamp, il-Papa qal li mhix sempliċiment kwistjoni ta’ kif wieħed jesprimi l-messaġġ tal-Vanġelu fil-lingwa moderna, imma li wieħed isib il-kuraġġ jagħti konsiderazzjoni profonda lir-relazzjoni bejn il-fidi, il-ħajja tal-Knisja u t-trasformazzjoni li qed tgħaddi minnha d-dinja.
Indirizza wkoll l-isfidi fil-kultura diġitali u qal li wieħed għandu jfittex li jwieġeb għas-sejħa li jiskopri simboli u metafori sinifikanti li jgħinu kif wieħed iwassal il-messaġġ t’Alla lill-bniedem. Il-Papa temm jappella għall-valuri spiritwali li qal li jiffaċilitaw il-promozzjoni ta’ forma umana ta’ komunikazzjoni.