Il-Papa Benedittu XVI qal li jekk wieħed iħalli lil Ġesu jdawwallu ħajtu, jista’ jelemina dak kollu li jhedded il-fulfillment sħiħ fil-ġewwieni tal-bniedem. Fl-indirizz tradizzjonali tiegħu qabel ma talab it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru, Benedittu XVI irrefera għall-ferħ u s-sens ta’ ċelebrazzjoni f’nofs ir-Randan…sens ta’ ferħ għax il-festa tal-Għid il-Kbir tinsab fil-qrib.
“Jgħidilna l-Vanġelu li fih Ġesu jfejjaq ir-raġel agħma mit-twelid. Persuna sempliċi u sinċiera tidher tagħmel mixja gradwali ta’ fidi…L-ewwel jiltaqa’ ma’ Ġesu bħala raġel normali bħall-oħrajn; imbagħad iqisu profeta; imbagħad appena jinfetħulu għajnejh u jibda jara, isejjaħlu l-Mulej”.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika jissottolinea wkoll l-oppożizzjoni għal dan l-att ta’ fidi fil-Fariżej, fil-folla u saħansitra fil-ġenituri tar-raġel. Il-Papa jistaqsi: “U aħna, liema attitudni se nassumu lejn Ġesu?” Għadda mbagħad biex jitkellem dwar l-għamad uman mit-twelid minħabba l-ewwel dnub, u d-dawl mogħti fil-magħmudija. Qal li “id-dnub darab lill-umanita, bid-destin ikun il-mewt. Pero fi Kristu tiddi l-ħajja”, kif hu rifless fil-magħmudija u s-simboliżmu kollu tagħha.
Temm jgħid li “meta nħallu li ħajjitna tiddawwal mid-dawl ta’ Kristu, aħna nesperjenzaw il-ferħ tal-ħelsien minn dak kollu li jhedded il-milja tal-ġewwieni tal-bniedem”.