Il-Papa Benedittu XVI minn nhar l-Erbgħa se jkun f’Castel Gandolfo għall-perjodu tas-sajf.
Dan sar pubbliku mill-Prefettura tal-Casa Pontificia permezz ta’ stqarrija għall-media maħruġa mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.
“Matul is-sajf mhu se jsiru ebda udjenzi speċjali u privati”, qalet l-istqarrija. L-Erbgħa 14, 21 u 28 ta’ Lulju lanqas mhu se jsiru udjenzi ġenerali.
Fil-Ħdud u s-Solennitajiet matul is-sajf, l-Angelus se jkun iċċelebrat minn Castel Gandolfo. L-udjenzi ġenerali jissuktaw imbagħad minn nhar l-Erbgħa 4 t’Awissu.