Fl-okkażjoni tal-Jum dinji ddedikat lir-Refuġjati, il-Papa Benedittu XVI ġibed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet ta’ dawk li kienu kostretti iħallu arthom. Il-Papa qal dan fl-aħħar messaġġ pubbliku tiegħu wara t-talba tal-Angelus quddiem il-pellegrini miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
“Il-Ġnus Maqgħuda qed ifakkru l-Jum Dinji tar-Refuġjati biex jiġbdu l-attenzjoni għall-probemi ta’ dawk li kienu mġiegħla jħallu art twelidhom u jmorru f’artijiet differenti”.
Kompla li “r-refuġjati jistennew li jingħataw merħba u li jkunu rispettati d-dinjita u d-drittijiet fundamentali tagħhom”. Kompla li “fl-istess ħin r-refuġjati lesti jikkontribwixxu lis-soċjeta li tilqagħhom”.
Il-Papa temm jitlob sabiex ma jonqosx dan ir-rispett ferm meħtieġ.