Il-Papa Benedittu XVI qed jippjana li jqatta’ s-sajf li ġej kollu kemm hu fir-residenza tiegħu tas-Sajf f’Castel Gandolfo, mingħajr il-jiem ta’ btala fl-Alpi.
“Is-sajf li ġej, il-Papa se jivjaġġa direttament mill-Vatikan lejn Castel Gandolfo sabiex iqatta’ l-perjodu sħiħ tas-sajf hemmhekk”, qalet stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.
Il-Komunikat żied li l-Papa japprezza l-istedin li sarlu biex iqatta’ ftit żmien f’diversi reġjuni qalb il-muntanji. Huwa rringrazzja lill-Isqfijiet konċernati għall-istedin li għamlulu.
Intqal finalment fl-istqarrija li “dis-sena l-Papa jippreferi li jibda bla dewmien l-istaġun tas-sajf f’mistrieħ u studju mingħajr wisq vjaġġar”.