-
Wara informazzjoni li daħlet riċentement dwar il-każ tal-E.T. Mons. Juan de la Cruz Barros Madrid, Isqof ta’ Osorno (Ċilì), il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta u President tal-Kulleġġ li jeżamina r-Rikorsi ppreżentati lill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi fil-każi ta’ Reati Iżjed Gravi (Delicta Graviora), biex imur f’Santiago ċ-Ċilì u jisma’ lil dawk li esprimew ir-rieda li jissottomettu evidenza jew informazzjoni li huma fil-pussess tagħhom.