-
-
It-Tnejn, il-Papa Frnaġisku ltaqa’ mal-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau, u ma’ martu, Sophie Gregoire-Trudeau, f’udjenza privata fil-Vatikan.
Stqarrija mis-Santa Sede ddeskriviet id-diskussjonijiet bħala “kordjali”.
“Issemmgħu r-relazzjonijiet bilaterjali u tajbin bejn is-Santa Sede u l-Vatikan, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-Knisja Kattolika fil-ħajja soċjali tal-Kanada. Iż-żewġ naħat imbagad iffukaw it-taħdidiet fuq temi bħall-integrazzjoni u r-rikonċiljazzjoni, kif ukoll fuq il-libertà reliġjuża u kwistonijiet etiċi.”
L-istqarrija tgħid ukoll li, “fid-dawl tar-riżultati li ħarġu mis-summit tal-G7, l-attenzjoni daret fuq diversi kwistjonijiet ta’ natura internazzjonali, fosthom il-Lvant Nofsani u ż-żoni mifnija bil-kunflitti.”
Justin Trudeau imbagħad iltaqa’ mal-Kardinal Petro Parolin, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, u mal-Arċisqof Paul Richard Gallagher, is-Segretarju tar-Relazzjonijiet mal-Pajjiż.