Il-Papa Franġisku kellu lejl tajjeb wara li t-Tnejn kellu żewġ episodji ta’ insuffiċjenza respiratorja. Dan minħabba żvilupp sinifikanti ta’ mukus li wassal għal bronchospasms.
Dan ikkonfermatu l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede t-Tlieta filgħodu.
L-istqarrija qalet li “l-Papa raqad tul il-lejl u issa qed inkompli jistrieħ”.
L-istaff mediku għamel żewġ bronchoscopies biex ineħħi l-akkumulazzjoni tal-mukus, u ventilazzjoni mekkanika mhux invażiva tkompliet waranofsinhar biex tissapportja n-nifs tiegħu.
Minkejja l-kumplikazzjonijiet, il-Papa baqa’ viġilanti, orjentat, u jikkopera l-ħin kollu.
Il-Papa, li għandu 87 sena, kien ilu jirċievi trattament għal polmonite doppja fl-isptar Gemelli f’Ruma mill-14 ta’ Frar.
Testijiet tad-demm m’urewx żieda ta’ ċelloli bojod tad-demm, li jindika li ma żviluppatx infezzjoni respiratorja ġdida.
Madankollu, il-kundizzjoni klinika tiegħu tibqa’ kumplessa, u l-possibiltà ta’ iktar kriżijiet respiratorji ma ġietx eliminata.
It-tobba qallu li jibqa’ l-bżonn ta’ viġilanza rigward il-pronjożi tal-Papa Franġisku, u waqt li għadu rikoverat l-isptar, qed jibqa’ jiġi ssorveljat mill-qrib.
Sors: Newsbook Malta