Matul ix-xahar ta’ Settembru l-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob għal progress soċjali awtentiku u għal tmiem il-kunflitti mdemmija u l-gwerer.

L-Appostolatura ta’ Talb tal-Papa ħabbret l-intenzjonijiet magħżula mill-Papa għax-xahar ta’ Settembru. L-intenzjoni ġenerali tat-talb tiegħu għal dan ix-xahar hija “biex fl-inqas reġjuni żviluppati tad-dinja, il-Kelma t’Alla mxandra iġġib tiġdid fil-qlub, bit-tama li kull individwu ikun protagonista ta’ progress soċjali awtentiku”.

Il-Papa, bħal f’kull xahar, jagħżel intenzjoni appostolika għat-talb tiegħu. F’Settembru se jitlob sabiex “b’qalb miftuħa għall-imħabba, jieqfu l-gwerer u l-kunflitti biex jitwaqqaf it-tixrid tad-demm”.

VATICAN CITY, AUG. 31, 2010 (Zenit.org)