Wieħed mid-djakni permanenti ta’ Hon Kong, qal kif il-Papa Ġwanni Pawlu II wassal għall-vokazzjoni tiegħu, speċjalment wara l-mewtu.
Id-djaknu Stephen Kwok Ping-fai huwa wieħed mill-erba’ djakni li ġew ordnati nhar l-24 ta’ Lulju, fil-Kattidral tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa Hon Kong.
Id-djaknu Kwok ta’ 45 sena irrakonta kif l-ammont ta’ ħin iddedikat mill-medja lil dan il-Papa wara mewtu, fl-2005, servit ta’ xprun biex reġat tgħat ħajja lill-vokazzjoni tiegħu.
Id-djaknu tenna li “Il-Papa Ġwanni Pawlu II għex it-tagħlim ta’ Ġesu’ Kristu” u dan kien evidenti sew fih għax “Huwa mexxa lill-Knisja lejn riżoluzzjonijiet aktar paċifiċi ma knejjes oħra fosthom dik Ortodossa u Protestana.”
“Dak iż-żmien kont hsibt: issa li Ġwanni Pawlu II miet, min ser jimxi warajħ u jkompli fil-passi tiegħu?”
Id-Djaknu Kwok jaħdem bħala radiographer fil-fakulta’ tal-mediċina, fl-Universita’ ta’ Hong Kong.
Huwa l-iżgħar djaknu permanenti mill-15 l-oħra u l-ordinazzjoni tiegħu tista’ twassal biex issaħħaħ l-idea li d-djakonat permanenet m’huwiex biss għall-irġiel irtirati.
Flimkien mad-djakni Djoċesana, ordnati nhar l-24 ta’ Lulju, fl-1 ta’ Lulju ġie ordnat Djaknu Dumnikan kif ukoll is-Sibt, 3 ta’ Lulju ser jiġu ordnati Saċerdot Ġiswita u Djaknu Ġiswita.
HONG KONG, JULY 30, 2010 (Zenit.org).