Family

Il-Papa qal li l-familji nsara huma msejħa sabiex jilqgħu, juru u jxerrdu l-imħabba u l-preżenza ta’ Kristu fid-dinja. Fi kliemu, familja imsejsa fuq żwieġ bejn raġel u mara, miftuħa għall-ulied, “huwa spazju uman miftuħ għall-esperjenza ma’ Kristu”.

Il-Papa kien qed jindirizza lill-membri tal-Kunsill Pontifiċju tal-familja. Il-Kunsill, imwaqqaf mill-Papa Ġwanni Pawlu II, kien qed jiċċelebra t-30 anniversarju mit-twaqqif tiegħu b’iffukar fuq ir-rwol tal-familja għal “evanġelizzazzjoni ġdida”. Il-Papa qal li “l-eklissi t’Alla, it-tixrid tal-ideoloġiji kuntrarji għall-familja u d-degredazzjoni tal-etika sesswali – jidhru li huma marbutin flimkien”.
Kompla li “bl-istess mod, l-evanġelizzazzjoni l-ġdida hija inseparabbli mill-familja nisranija”. Bħall-Knisja b’mod sħiħ, il-familja nisranija hi msejħa sabiex tilqa’ u xxerred l-imħabba u l-preżenza ta’ Kristu fid-dinja. Il-familja tagħmel dan billi tkun komunita ta’ mħabba għal dejjem u li lesta li tingħata mill-qalb. Tkun ukoll miftuħa li tilqa’ ħajja ġdida, teduka lill-membri tagħha fil-fidi u fl-imħabba, u s-sehem ċiviku flimkien mal-attivita karitattiva tagħha jkunu motivate mill-fidi.