Meta bħal kull nhar ta’ Ħadd, ilbieraħ il-Kap tal-Knisja Kattolika tfaċċa fit-tieqa tal-istudju tiegħu fuq Pjazza San Pietru fil-Vatikan, huwa indirizza lill-folla u fir-rimarki tiegħu rrefera għat-tifkira tal-magħmudija tal-Mulej biex ħa l-okkażjoni jistieden lill-kattoliċi jikkontemplaw is-sehem tagħhom fil-ħajja divina permezz tad-don tal-Ispirtu s-Santu li rċevew bis-simboliżmu tal-ilma fil-magħmudija.
Il-Papa indirizza lill-pellegrini wara li fil-Kappella Sistina ċċelebra l-liturġija ta’ din iċ-ċelebrazzjoni tradizzjonali, fejn għammed ukoll għoxrin tarbija.
Fir-rimarki li għadda bl-ingliż, Benedittu XVI qal li “jalla niġġeddu fl-istess magħmudija tagħna u nissaħħu fix-xiehda għall-vanġelu u l-wegħdi fih!”