Il-Papa Benedittu XVI qal li mhux biżżejjed għal soċjeta li tavvanza fl-isferi kulturali, soċjali u tekniċi jekk ma tagħmilx avvanzi morali. Meta kien qed jikkonsagra l-Knisja Sagrada Familia bħala Bażilika, waqt iż-żjara tiegħu fi Spanja, il-Papa qal li l-Knisja bdiet bħala inizjattiva tal-Assoċjazzjoni tal-Ħbieb ta’ San Ġużepp, li xtaqet tiddedikaha lill-Familja Mqaddsa ta’ Nazareth.
Il-Papa kompla jgħid li d-dar li fiha trabba Ġesu, ma’ Marija u Ġużeppi, dejjem kienet skola ta’ mħabba, talb u xogħol. Żied li l-ħajja nbidlet u maż-żmien sar progress li wassal għal żvilupp fl-isferi kulturali, soċjali u tekniċi.
Il-Papa ma naqasx milli jappella għall-ħtieġa ta’ avvanzi morali u bħall-kura u l-protezzjoni tal-familja. Ma naqasx lanqas milli jitkellem favur il-valur tal-ħajja li Alla żejjen bih lill-bniedem bil-valur tal-liberta.