“Hello, jiena l-Papa Franġisku.” Dan kien il-mod kif Giacomo Cofano rċieva telefonata mingħand il-Papa Franġisku fil-Milied. Cofano huwa missier ta’ tewmin li tilef lil martu wara li welldithom ftit jiem qabel il-Milied fi sptar fi Brindisi, l-Italja.

Dan wara li Dun Donato Luizzi informa lill-Papa b’din l-aħbar ta’ dan il-missier, il-Papa Franġisku bagħat ittra lis-saċerdot, li kien qasam din l-istorja fuq il-media soċjali tiegħu.

Din mhix l-ewwel darba li l-Papa għamel dan it-tip ta’ ġest. Darba l-Papa Franġisku ċempel monasteru tas-sorijiet Karmelitani fin-Nofsinhar ta’ Spanja. Meta dawn ma weġbux, ħalla messaġġ fuq l-answering machine.

Il-Papa Franġisku ċempel dentist fi Buenos Aires biex iħassar appuntament. Eżempju ieħor kien meta hu personalment ċempel biex jgħidilhom li ma kienx se jibqa’ jmur jixtri l-gazzetta wara li laħaq papa.

Sors: Newsbook Malta