Il-Papa Benedittu XVI wiegħed it-talb fl-okkażjoni tal-100 anniversarju tal-Karitajiet Kattoliċi fl-Istati Uniti tal-Amerika, li ta’ kull sena jilħqu mad-9 miljun persuna. Il-Papa bagħat messaġġ lill-organizzazzjoni permezz ta’ ittra datata l-11 t’Awwissu mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, lill-President tal-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, il-Kardinal Paul Josef Cordes.
L-ittra tgħid li l-Papa jitlob “li l-anniversarju ċelebrat bħalissa ikun okkażjoni ta’ gratitudni lejn Alla għall-ħsad abbundanti ta’ ġenerożita, solidarjeta u ħidma sfieqa”. Il-Kap tal-Knisja Kattolika inkoraġixxa wkoll lill-ħaddiema fil-karita sabiex jaraw ħidmiethom bħala xiehda tanġibbli tal-fidi tagħhom fi Kristu.
Komunikat tal-Vatikan ħabbar li l-Kardinal Cordes se jkun qed jindirizza ġabra ta’ Karitajiet Kattoliċi Amerikani f’Washington D.C. sabiex jitfakkar l-anniversarju tal-bidu ta’ dawn il-ħidmiet.Il-Kardinal se jkun qed jindirizza wkoll ftuħ il-konferenza ta’ ħamest ijiem li tibda s-Sibt. Mistenni jitkellem dwar l-għeruq tal-fidi tal-ħidma ta’ karita mill-Knisja u anki l-ħtieġa lit kun indokrata l-identita speċifika tal-organizzazzjonijiet ekkleżjali, kif aċċennat mill-Papa fl-ewwel enċiklika tiegħu Deus Caritas Est.
Matul iż-żjara tiegħu fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kardinal se jkollu laqgħat u se jindirizza wkoll taħditiet dwar il-karita, id-duttrina soċjali u s-saċerdozju fl-Arċidjoċesijiet ta’ New York u Newark, New Jersey u djoċesijiet oħra fl-Istat ta’ Connecticut.