Pope's general audience

Fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, dalgħodu l-Papa Franġisku staqsa xi jfisser għalina l-qawmien mill-mewt ta’ Kristu llum. Fisser li bil-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu, aħna lkoll inħlisna mill-isjavitu tad-dnub.  Fi kliemu, li tkun wild t’Alla permezz tal-magħmudija, ma tistax tkun ħaġa li titpoġġa fil-ġenb, anzi għandha twassal biex il-bniedem japprofondixxi r-relazzjoni tiegħu m’Alla.

Pope's general audience


Franġisku kompla jgħid li tentazzjoni qawwija u kostanti li niffaċċjaw bħala bnedmin hija li npoġġu lil Alla fil-ġenb biex fiċ-ċentru npoġġu lilna nfusna. Żied li jeħtieġ li nkunu sinjal ċar, viżibbli u brillanti ta’ tama għad-dinja. Meta rrefera għall-Kristjaneżmu, il-Kap tal-Knisja Kattolika qal li din ma tfissirx li wieħed jimxi wara l-kmandamenti imma li wieħed jgħix jimita lil Ġesu u jħobb bħal Ġesu.

Il-Vatikan qal li għall-udjenza ġenerali kien hemm mat-30,000 persuna, bil-Papa jibda billi jgħaddi minn qalb il-folla bil-popemobile, ibus it-trabi. Ritratt partikolari juri lill-Papa ipoġġi l-gażaża f’ħalq tarbija tibki quddiemu. Preżenti għall-udjenza, fost oħrajn, kien it-tijm favorit tal-Papa f’dak li jirrigwarda futbol, it-tijm ta’ San Lorenzo. L-Isqfijiet tat-Toscana, l-ewwel fiż-żjarat ad-limina lill-Papa, kienu wkoll preżenti.