“L-Ewkarsitija issostni lil min hu għajjien u dgħajjef, lil min hu eżawrit jew mitluf. Barra minn hekk tittrasforma id-dnub tal-bniedem u d-dgħufija f’ħajja”. Dan kien kliem il-Papa Benedittu XVI fl-aħħar udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa. Huwa ffoka fuq Ġesu u l-Aħħar Ċena tiegħu mad-dixxipli, meta waqqaf is-Sagrament tal-Ewkaristija, “is-Sagrament tal-ġisem u d-demm, l-għotja tiegħu nnifsu li antiċipat l-istess għotja tiegħu nnifsu b’sagrifiċċju fuq is-salib, segwita mill-qawmien tiegħu mill-imwiet”, qal il-Papa.
Il-Papa Benedittu XVI kompla li Ġesu joffri ħajtu qabel ma tteħditlu fuq is-salib u “jittrasforma l-mewt vjolenti tiegħu fuq is-salib f’sagrifiċċju attiv u ħieles u ta’ redenzjoni. Waqt l-aħħar ċena, Ġesu jitlob għad-dixxipli tiegħu, speċjalment għal Pietru. Skont il-Vanġelu ta’ San Luqa, iwissih ukoll dwar ħidmet Satana”.
Ġesu pero, ikompli l-Kap tal-Knisja Kattolika, jitlob sabiex il-fidi tad-dixxipli tiegħu ma tonqosx, u Pietru, li jonqos lejn Ġesu, jerġa lura biex isaħħaħ il-fidi tal-oħrajn.
Benedittu XVI item li “l-Ewkaristija hi ikel għall-pellegrini li ssir sors ta’ qawwa għal kull minn hu spiritwalment għajjien jew mitluf”.