F’ittra lis-seminaristi, il-Papa Benedittu XVI afferma li s-saċerdozju mhuwiex xi ħaġa tal-pasat, imma hu meħtieġ ħafna għall-futur, għax in-nies dejjem jeħtieġu tali Ministri sabiex iqarrbuhom lejn Alla. F’messaġġ ippubblikat it-Tlieta, li iżda nkiteb għall-okkażjoni t’għeluq is-Sena ddedikata lis-Saċerdoti, f’Ġunju li għadda, il-Papa fakkar konverżazzjoni li kellu ma’ kmandant militari fl-1944. Irrakkonta li hu u sħabu kienu mistoqsija x’bi ħsiebhom jagħmlu fil-futur u li hu wieġeb li xtaq isir saċerdot. Kwota lill-kmandant militari jwieġbu u jgħidlu biex ifittex xi ħaġa oħra għax “il-Ġermanja l-ġdida ma teħtieġx iżjed lis-saċerdoti”.
Il-Papa kompla li din “il-Ġermanja l-ġdida kienet diġa qed tispiċċa, u li wara l-ħsara enormi li jkun ġab b’idejh il-bniedem, is-saċerdot kien se jkun iktar bżonnjuż minn qatt qabel”. Kompla li “llum il-ġurnata huma ħafna dawk li jaħsbu li s-saċerdozju mhux l-għażla tal-futur imma xi ħaġa tal-passat”. Żied pero li “lil Alla l-bniedem jeħtieġu dejjem anki fi żmien karatterizzat minn avvanzi tekniċi u globalizzazzjoni. Il-bniedem imbagħad jispiċċa jaħrab permezz tal-vjolenza u l-ewforiji, li huma ta’ theddida serja għall-ġenerazzjoni li tiela”.
Il-Papa temm jgħid li “Alla hu ħaj u jeħtieġ li iktar nies iservuh u jwasluh lill-oħrajn. U huwa għalhekk bis-sens li wieħed iħares lejn is-saċerdozju. Il-Knisja teħtieġ lis-saċerdoti llum, għada u għal dejjem”.