Il-Papa Franġisku qal li “l-gwerra hi s-suwiċidju tal-umanita għax toqtol il-qalb u l-imħabba”. F’omelija waqt ċelebrazzjoni ewkaristika f’Casa Santa Marta, li għaliha kienu preżenti qraba ta’ suldati Taljani li nqatlu f’missjonijiet għaż-żamma tal-paċi fl-aħħar erbgħa jew ħames snin, partikolarment fl-Afganistan, l-Arċisqof li kkonċelebra mal-Papa, Vincenzo Pelvi, qal li t-2 ta’ Ġunju jfakkar Jum ir-Repubblika fl-Italja, pajjiż li qal li għandu dejn kbir ta’ mħabba mal-familji ta’ dawk fil-militar.
Franġisku għadda biex jitkellem dwar it-talb u qal li Alla jisma t-talb ta’ kulħadd. Meta fakkar fil-kommemorazzjoni tat-talb għall-vittmi tal-gwerra, Franġisku tenna li l-gwerra toqtol l-imħabba u ddaħħal l-għira, il-firda, il-mibgħeda, il-kilba għal iżjed u iżjed poter.