Il-Papa Benedittu XVI bagħat it-tislijiet u l-barka tiegħu lill-parteċipanti tal-25 Laqgħa Interġreliġjuża ta’ talb għall-paċi fid-dinja, attivita li bidet il-Ġimgħa fuq Mount Hiei fil-Ġappun. Is-summit jinkludi simposju bi studju tar-reazzjoni tal-mexxejja reliġjużi għad-diżastri naturali. Il-Kap tal-Kattoliċi qal li jittama li d-diskussjoni twassal għal iktar solidarjeta u għajnuna. Fi kliemu, skont il-perspettiva nisranija, l-imħabba li tingħata u tintwera ma’ min ikun qed ibati hi riflessjoni tal-imħabba ta’ Alla nnifsu, lit ant ħabb lill-bniedem, li bagħat lil Ibnu l-Waħdieni fid-dinja. Meta fakkar fit-terremot u fit-tsunami tas-sena li għaddiet fil-Ġappun. Żied jaqsam il-ħsibijiet tiegħu dwar ir-rwol effettiv tal-mexxejja reliġjużi fir-rispons tagħhom lil dawk milquta u sofferenti, rispons li fi kliemu kien ikkaratterizzat mit-tama u l-appoġġ.