Pope-Benedict-XVI

Skont tradizzjoni li beda l-Papa Ġwanni Pawlu II waqt il-pontifikat tiegħu, matul iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan li fakkret l-Epifanija, kienu ordnati erba’ Isqfijiet: Angelo Vincenzo Zani, Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika;  Fortunatus Nwachukwu, Nunzju Appostoliku tan-Nicaragua; Georg Ganswein, Segretarju Personali tal-Papa u Kap tal-Prefettura tal-Papa; u Nicolas Thevenin, ukoll Nunzju Appostoliku fis-Servizz Diplomatiku tas-Santa Sede. L-erbgħa li huma ngħataw id-dinjita ta’ Arċisqof. Wara li kien iffirmat il-Veni Creator, il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Isqfijiet, il-Kardinal Marc Ouellet, ippreżentahom lill-Papa li staqsiehom formalment dwar id-disponibbilta tagħhom li jħallu d-doveri li kellhom biex jassumu l-ministeru l-ġdid afdat lilhom.