Waqt iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika fid-Domus Sanctae Marthae mal-membri tal-Gwardja Svizzera, il-Papa qal li “d-djalogu ma’ jaħdimx max-xitan. L-uniku difiża hija l-Kelma t’Alla, l-umilta speċjalment b’reazzjoni għal ħidmiet ta’ mibgħeda u persekuzzjoni. L-umilta u s-sens ta’ sottomissjoni huma armi li ix-xitan u l-ispirtu tad-dinja ma jittollerax. Dan għaliex ix-xitan iressaq proposti marbuta mal-poter fid-dinja, proposti ta’ vanita, proposti għal rikkezzi”.