F’Jum l-Immakulata Kunċizzjoni, il-Papa Benedittu XVI indirizza lill-ġemgħa fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan u meta sellem lill-preżenti bl-Ingliż, qal hekk: “Nieħu gost li ninsab hawn insellem lil kulħadd f’din il-festa kbira li fiha qed nonoraw l-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Marija Verġni. Fil-perfezzjoni tagħha, bla mittiefsa mid-dnub, Marija hija sinjal qawwi ta’ tama għall-Knisja u għad-dinja, sinjal tal-meravilja tal-grazzja li Alla jiżra fina l-bnedmin. F’dal-jiem tal-Avvent, fil-kumpanija tal-Imqaddsa Marija Immakulata, Omm Alla, ejja nitħejjew biex nilqgħu lil Binha Ġesu f’ħajjitna, fi qlubna. Ħa jkun Alla li jsawwab fuqna xita ta’ barkiet ta’ ferħ u paċi fuqkom ilkoll u fuq il-familji tagħkom”.
Intant, fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Kap tal-Knisja Kattolika kompla jiffoka fuq it-talb nisrani, b’attenzjoni partikolari fuq it-tagħlim u l-eżempju ta’ Kristu innifsu. B’referenza għal għadd ta’ frażijiet mill-evanġelji, Benedittu XVI qal li “Ġesu huwa l-għajn u l-mudell tat-talb tagħna; biH u permezz tal-Ispirtu s-Santu, nistgħu nduru bil-fiduċja tagħna f’Alla Missierna, fiduċjużi bis-sħiħ li ġaladarba nwettqu r-rieda tiegħu, insibu l-vera ħelsien u paċi”.