“Minkejja li r-Randan hu maħsub minn ħafna li hu żmien ta’ dlam u niket, huwa żmien ta’ tifsir intensive għall-Knisja”. Dan iddikjarah il-Papa fl-omelija li għamel fil-jum ta’ Ra sir-Randan, f’quddiesa preseduta minnu stess fil-Bażilika Rumana ta’ Santa Sabina.
“Fl-opinjoni tal-ħafna, dan iż-żmien wieħed donnu jħares lejh iżjed bħala wieħed ta’ dieqa. Minflok, huwa rigal prezzjuż mogħti lilna minn Alla; huwa żmien ta’ intensita fil-vjaġġ tal-Knisja; huwa wkoll l-itinerarju nnifsu tal-ġrajja tal-Għid il-Kbir. Ir-Randan huwa żmien li matulu wieħed ipoġġi fil-prattika attitudni ta’ konverżjoni ġenwina lejn Alla – ritorn lejh b’sens ta’ rikonoxximent għall-qdusija, il-qawwa u majesta tiegħu. U din il-konverżjoni hi possibbli minħabba li Alla hu għani fil-ħniena u fl-imħabba tiegħu”., kompla l-Papa.
Benedittu XVI temm jgħid li Alla jirriġenera t-tama li toħloq f’kull bniedem qalb safja, u ġġedded il-ġewwieni uman fi spirtu qawwi li jirrestawra l-ispirtu ta’ ferħ li ġġib is-salvazzjoni.