Eluf ta’ pellegrini, anki jekk il-kesħa u l-maltemp, inġabru għall-udjenza ġenerali tal-Papa fil-Vatikan. Dil-ġimgħa huwa ffoka fuq Ġesu fil-Ġetsemani u t-talb tiegħu fil-ġnien taż-Żebbuġ.
“Fil-katekeżi tagħna dwar it-talb nisrani, induru lejn Ġesu fil-Ġetsemani, wara l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Hekk kif il-Mulej jitħejja għall-passjoni, huwa jitlob waħdu, hu li hu l-iben etern f’għaqda sħiħa mal-Missier. Sadattant, xorta jkun jixtieq li jingħaqdu miegħu Pietru, Ġakbu u Ġwanni – fejn il-preżenza tagħhom hi stedina lil kull dixxiplu sabiex jersaq lejn Ġesu fil-mixja tiegħu lejn is-salib”.
Il-Papa Benedittu XVI kompla billi rrimarka l-walitajiet umani ta’ Ġesu qrib il-mewt u appella għal riflessjoni fuq it-talb tiegħu bil-għan li “jiggwidana”.
Ikompli li “t-talb ta’ Ġesu juri l-biża uman quddiem il-mewt, fl-istess ħin li juri s-sottomissjoni tiegħu għar-rieda tal-Missier”. Qal li l-kliem ‘Mhux li rrid jien iżda li trid int’ juri li hu biss meta wieħed jintelaq għar-rieda ta’ Alla li jkun tassew sab il-milja tiegħu nnifsu. Żied li fl-iva ta’ Ġesu għar-rieda tal-Missier, id-dnub tal-ewwel bnedmin kien mifdi u l-umanita ngħatat il-veru ħelsien, denju lil kull bniedem li jgawdi d-dinjita ta’ wild t’Alla.
Il-Kap tal-Knisja Kattolika temm jesprimi t-tama tiegħu li l-kontemplazzjoni tal-esperjenza ta’ Ġesu u t-talb tiegħu fil-Ġetsemani, tgħin lil kull bniedem jiddixxerni x’inhi r-rieda t’Alla għalih, biex “ikun li trid Int kif fis-sema hekkda fl-art”.
Il-Papa, bil-lingwa Taljana, enfasizza l-importanza tat-talb fil-ħajja ta’ kuljum u qal li “fit-talb kull bniedem għandu l-opportunita jċedi l-piż tal-problemi f’ħoġor Alla l-Imbierek, li min-naħa tiegħu jdawlilna t-triq ta’ ħajjitna”.