Il-Papa Benedittu XVI qed jinkoraġixxi lil-lajċi kattoliċi sabiex jintensifikaw l-isforzi effettivi tagħhom sabiex b’suċċess ixerrdu ż-żerriegħa tal-Vanġelu fis-soċjeta. Huwa għamel dan l-appell f’messaġġ mibgħut mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Betomne fl-okkażjoni tat-80 anniversarju tal-Azzjoni Kattolika fl-Arġentina. Il-messaġġ intbagħat lill-Assistant Ġenerali tal-Istituzzjoni, l-Isqof Luis Collazuol. Il-messaġġ, li kien ippubblikat ukoll fuq is-sit internet tal-organizzazzjoni, esprima “radd ta’ ħajr lil Alla għal das-snin ta’ evanġelizzazzjoni intensa u ħidma sfieqa”.
Fil-messaġġ intqal li “l-lajċi, li permezz tal-magħmudija u l-Griżma tal-Isqof ħadu sehem fis-saċerdozju ta’ Kristu, huma msejħa jikkontribwixxu bil-mod oriġinali tagħhom għat-tkabbir u l-qdusija tal-Knisja u d-dinja, permezz tal-bidla tar-realtajiet temporali skont il-valuri tas-Saltna t’Alla”.
Il-Papa innota li “biex il-lajċi iwettqu l-missjoni tagħhom b’responsabbilta u fidi, jeħtieġu bażi spiritwali, pastorali u dottrinali”.
F’dar-rigward, il-Papa inkoraġixxa lil-lajċi sabiex “jintensifikaw l-impenn formattiv tagħhom sabiex fuq il-passi ta’ Kristu lejn il-qdusija u l-għaqda, iferrxu ż-żerriegħa tal-Vanġelu fis-soċjeta kollha”.