Il-Papa Benedittu XVI qed jinkoraġixxi lill-morda sabiex isibu l-komfort tagħhom fil-Milied, anki jekk fil-ħajja ta’ kuljum jesperjenzaw il-ġrajja tal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Papa għamel din l-istedina fi tmiem l-udjenza ġenerali ta’ dil-ġimgħa, meta ta t-tislima tradizzjonali tiegħu liż-żgħażagħ, lill-morda u lill-miżżewġin friski.
Liż-żgħażagħ qalilhom “ħejju qalbkom biex tilqa’ għall-Mulej Ġesu, li jsalvana bil-qawwa tal-imħabba tiegħu”.
Għamel kuraġġ lill-morda. Qalilhom, “intom li tesperjenzaw il-piż tas-salib, jalla ċ-ċelebrazzjonijiet dal-Milied iġibulkom serenita u komfort”.
Lill-miżżewġin friski stedinhom “jikbru iżjed fl-imħabba ta’ Kristu, li tana bit-twelid tiegħu”.