Fl-aħħar jiem, il-Papa laqa’ fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan lill-Prinċep Albertu II ta’ Monaco, flimkien ma’ martu, il-Prinċipessa Charlene, u entourage tagħhom għal udjenza.
Wara l-udjenza mal-Papa, il-Prinċep iltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, u mas-Segretarju għar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, l-Arċisqof Domenique Mamberti.
Waqt il-korsa ta’ taħditiet kordjali, kienu diskussi bosta suġġetti ta’ interess, inkluż is-sehem sinifikanti tal-Knisja Kattolika għall-ħajja soċjali tal-prinċipalita u interessi internazzjonali bħall-iżvilupp integrali tal-popli u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali u l-ambjent.