Fil-Vatikan il-Papa laqa’ lill-membri tal-Kummissjoni Internazzjonali Konġunta għad-djalogu teoloġiku bejn il-Knisja Kattolika u l-Knejjes Ortodossi Orjentali. Il-Kummissjoni twaqqfet għaxar snin ilu bħala inizjattiva tal-awtoritajiet ekkleżjali tal-familja ta’ Knejjes Ortodossi Orjentali u l-Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-għaqda nisranija.
Il-Kummissjoni ddedikat dil-ġimgħa għal esplorazzjoni usa tal-komunjoni u l-komunikazzjoni li teżisti diġa bejn il-Knisja Kattolika u l-Knejjes Ortodossi Orjentali fl-ewwel ħames sekli ta’ storja nisranija. Il-Papa esprima l-fehma li dawn ir-relazzjonijiet ikomplu jiżviluppaw fi spirtu fratern ta’ koperazzjoni, partikolarment permezz ta’ tkabbir ta’ djalogu teoloġiku li jgħin lil dawk kollha li jimxu wara Kristu sabiex jingħaqdu iżjed.
Il-Papa esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma flimkien taż-żewġ naħat u wiegħed is-solidarjeta spiritwali tiegħu man-nies ta’ Lvant Nofsani.